Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Terry Muscat li m’għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni qasmet xewqa li għandha, hekk kif tixtieq li tidħol fil-villa ta’ Love Island Malta.
Hi qalet, “Xewqa kbira għandi li nidħol għal ftit fil-villa ta’ Love Island anke għal żewġ minuti biss! Għinuni ħa naqta’ xewqti jekk jogħġobkom!”
Fuq din il-kitba kellha madwar mitejn kumment, li sfortunatament ħafna minnhom anke attakkawha fuq din is-sempliċi kitba. Ċertu kummenti saħansittra waqgħu fuq livell personali.
Persuna partikolari qalet, “Ma’ tal-biża! Kulħadd irid isib ix-xagħra fl-għaġina biex ngħajru!”
Ejja nuru aktar rispett lil xulxin u noqgħodu attenti x’ngħidu minn wara keyboard!
Love Island Malta