Il-Bank informa lill-klijenti tiegħu li, minħabba manutenzjoni skedata minn entità terza, numru ta' ATMs mhux se jkunu disponibbli għada, l-Erbgħa 22 ta' Lulju, bejn il-5.00pm u s-6.00pm.
L-ATMs affettwati jinsabu f’dawn il-lokalitajiet:
- Iż-Żejtun (ħdejn il-fergħa)
- Bir id-Deheb
- Ħaż-Żabbar
- Marsaxlokk
- Marsaskala
- Ħal Luqa
- Il-Fgura
- Bormla
- Birżebbuġa
Il-Bank skuża ruħu għal kull inkonvenjent li jista' jinħoloq u rringrazzja lill-klijenti għall-fehim u l-appoġġ tagħhom.
Fb/ BOV