“Xi Darba Kont Tajjeb Fil-Billiard. Illum Għandi 80 Sena… Noħroġ Nimxi, Ngħid Iċċaqlaqt" – Anzjan Malti Jitkellem Ma' The People Of Malta

Fuq il-paġna The People of Malta, tkellem anzjan ta’ 80 sena dwar passatemp li kellu, u dwar ħajtu llum il-ġurnata. “Xi darba kont tajjeb fil-billiard. Illum għandi 80 sena… kważi… u saqajja hi li hi. Però noħroġ nimxi, ngħid iċċaqlaqt.”

Kif ikun barra jsib ħin jilgħab il-lottu, iżda mhux għall-flus, għax jemmen li bihom u mingħajrhom fejn tidħol is-saħħa ma jsirux mirakli. “Imbagħad fuq kollox, meta tikber x’tambihom il-flus? Xorta saħħtek tibqa’ li hi, u biz-zokkor, u ma tistax tiekol dik u l-oħra!”

Isemmi li f’każ li jirbaħ xi somma bil-lottu, jagħtihom donazzjoni lill-istitut.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI