Xi Skejjel Fl-Amerka Jipprojbixxu L-Użu Tal-AI Fost L-Istudenti – Għandna Nagħmlu Hekk Malta?

Hekk kif is-sajf dalwaqt jasal fi tmiemu u qed toqrob is-sena skolastika l-ġdida, is-sindku tal-belt ta' New York fl-Amerika għadu kif ħabbar li l-iskejjel pubbliċi se jkunu qiegħdin jipprojbixxu l-użu tal-AI għat-tfal tat-tmien sena matul din is-sena.

Is-sindku tal-belt ta' New York Zohran Mamdani saħaq li matul din is-sena se jkun qed jiġi studjat l-impatt li l-projbizzjoni tal-AI se tħalli fuq l-istudenti. Hu sostna li l-ġganti tat-teknoloġija qiegħdin jixprunaw din il-fehma żbaljata li l-ħakma tal-AI mhux biss hija inevitabbli, iżda neċessarja. "Aħna m'aħniex qed naraw li dan hu minnu," sostna s-sindku.

Kompla jtenni l-importanza ta' din il-miżura wkoll il-Kanċillier tal-Iskejjel Pubbliċi fil-belt ta' New York. Hu saħaq li din il-miżura se tgħin sabiex l-istudenti jerġgħu jingħataw spazju sabiex jiżviluppaw il-ħsieb kritiku tagħhom; ħila li hu ddeskriva bħala "neċessarja" sabiex l-istudenti jiggradwaw b'suċċess.

Taħsbu li fl-iskejjel Maltin għandna ndaħħlu miżuri simili?

Sors: ABC News

Ritratti:

Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI