Bħal-lum għaxar xhur ilu ħalla din id-dinja AJ wara li sfortunatament kien tilef il-ġlieda tiegħu kontra l-kanċer. Dalgħodu fakkar il-memorja tiegħu missieru Aaron.
Il-missier stqarr li għalkemm għaddew dawn l-għaxar xhur, kemm hu kif ukoll martu Charlene għadhom iħossu n-nuqqas ta' binhom u għadhom muġugħin b'din it-telfa.
"Kieku l-imħabba setgħet iżżommok magħna, kont għadek hawn f'dirgħajna," kiteb il-missier emozzjonat fuq il-midja soċjali.
AJ żgur li se jibqa' mfakkar mhux biss għall-personalità simpatika u altruwista tiegħu, iżda fuq kollox, għad-determinazzjoni u r-reżiljenza li dejjem wera fil-ġlieda tiegħu kontra l-kanċer.
Strieħ fis-sliem, AJ.
Facebook / Aaron Difesa