Il-personalità lokali magħruf bħala Christopher Il-Kaboċċ illum qed jiċċelebra b’għożża u ferħ it-37 sena tiegħu fuq din id-dinja. Għal ħafna, Christopher huwa isem li jnissel tbissima, umoriżmu naturali, u sens ta’ awtentiċità li ftit għandhom.
Hu kiseb popolarità matul iż-żminijiet diffiċli tal-pandemija tal-Covid-19, meta permezz tal-mezzi soċjali rnexxielu jferraħ lil eluf ta’ nies b’filmati mimlija ċajt u sitwazzjonijiet komiċi, b’mod speċjali dawk li kienu jinvolvu lill-għażiża ommu – figura li saret tant maħbuba wkoll fost is-segwaċi tiegħu.
Il-Kaboċċ mhux biss ġibed l-attenzjoni għal karattru ferrieħi u spontanju, iżda wkoll għall-mod kif bil-qalb tiegħu dejjem ifakkarna fis-sempliċità tas-sewwa u l-bżonn li nagħtu daqsxejn iktar dawl f’dinja li kultant tista’ tidher mudlama.
Il-preżenza tiegħu fuq il-midja soċjali baqgħet tissaħħaħ maż-żmien, u llum għandu komunità li ssegwih b’għożża, tirringrazzjah għall-mumenti ta’ serħan u tidħaq li jġib magħha.
Nawguraw lil Christopher għal din il-ġurnata speċjali. Nawgurawlu aktar snin mimlija saħħa, suċċess, ispirazzjoni u fuq kollox ferħ. Grazzi talli bqajt int innifsek tul il-vjaġġ tiegħek. Awguri mill-qalb, Kaboċċ!