Minn nhar it-Tnejn li ġej ser jitnaqqsu s-servizzi tas-saħħa fl-isptar Mater Dei, fiċ-ċentri tas-saħħa kif ukoll fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Dan wara li l-Assoċjazzjoni Medika ta’ Malta daħħlet fis-seħħ direttivi għax qalu li l-gvern ma ħax biżżejjed azzjonijiet fejn jidħlu attivitajiet tal-massa. Dawn huma d-direttivi
- Mit-Tnejn 3 t’ Awwissu – Posposti l-Ultrasounds (mhux urġenti) u Appuntamenti fid-dipartiment tal-Outpatients.
- Mill-Erbgħa 5 t’Awwissu – Posposti l-operazzjonijiet ippjanati (mhux urġenti)
Anke fiċ-ċentri tas-saħħa ser ikun hemm xi tibdil. 42 berġa fil-komunità ser jibqgħu magħluqin u mhux ser ikun hemm tabib. Ser jiġu posponuti wkoll l-appuntamenti kollha ma’ konsulenti.
Rigward l-iswabbing: Il-MAM appellat lit-tobba sabiex joffru servizzi tagħhom fiċ-ċentri tas-Swabbing minħabba żieda fid-domanda.