“Stennejna 400 Persuna… Imma Ġew Kważi 2,000” – Fr Rob Galea Mqanqal Bl-Attendenza Kbira F’Qala

Fr Rob Galea esprima l-ferħ u l-gratitudni tiegħu wara serata ta' talb u qima f'Qala, Għawdex, li qabżet kull aspettattiva. F'post li qasam fuq il-midja soċjali, il-qassis u kantawtur Malti-Awstraljan żvela li l-organizzaturi kienu qed jistennew madwar 400 persuna, iżda fl-aħħar attendew kważi 2,000.

"Lejla inkredibbli. Konna qed nistennew 400 persuna, iżda ġew kważi 2,000," kiteb Fr Rob. Huwa ddeskriva s-serata bħala waħda mimlija qima, familja u Ġesù, filwaqt li rringrazzja lil Alla tal-opportunità li jkompli jaqdi l-missjoni tiegħu.

"Lejla ta' qima, familja u Ġesù f'Qala. Għadni ma nistax nemmen li għandi l-privileġġ naqdiH b'dan il-mod," żied jgħid. Il-post tiegħu ntlaqa' b'ħafna kummenti pożittivi minn persuni li attendew għall-avveniment, li ddeskrivew is-serata bħala waħda ta' ispirazzjoni u mumenti ta' fidi li se jibqgħu jiftakruhom.

Ritratti:

Facebook / Fr Rob Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI