10 Snin Ta' Mħabba Għal Caroline U Kurt Paris – Awguri!

L-istilista u influencer lokali Caroline Paris u l-fotografu Kurt Paris, illum qed jiċċelebra għaxar snin minn meta qalu iva lil xulxin. F’dan il-jum Caroline qasmet post verament ħelwa biex tfakkar dan il-jum.

Hi kitbet, “10 snin ilu, wegħedtni li turini dinja ġdida għal kollox (jew inkella tkompli). Kienet waħda mill-isbaħ ġranet li qatt kelli, imma taf nista’ nħobbok iktar illum milli ħabbejtek dakinhar. Inħobbok sal-qamar u lura…”

Hija qasmet numru ta’ ritratti tagħha u ta’ Kurt matul is-snin – anke xi wħud li jmorru numru ta’ snin lura! Ħbieb u segwaċi kitbu diversi kummenti biex jawguralhom fil-ġurnata speċjali tagħhom.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI