Illum jiċċelebraw l-anniversarju tagħhom il-kantanta lokali Dorothy Bezzina u żewġha Karl. Il-koppja Dorothy u Karl kienu ltaqgħu fil-Kulleġġ San Alwiġi.
F’dan il-jum speċjali Dorothy qasmet ritratt mill-ġurnata speċjali tagħhom, fejn fost l-oħrajn jidher il-mument meta taw kelma lil xulxin. Hi kitbet in-numru “9”, hekk kif dan hu d-disa’ anniversarju.
Fuq il-midja soċjali kemm-il darba qasmet memorji prezzjużi minn dan il-jum fosthom meta l-għażiż missierha jkanta kanzunetta ħelwa li nkitbet għalihom proprju għal dan il-jum speċjali.
Filmat li kienet ippubblikat juri mumenti meta flimkien ma’ ħutha, familjari, qraba u ħbieb iċċelebrat dan il-jum sabiħ.
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Dorothy u lil Karl l-isbaħ xewqat f’dan il-jum għażiż.
Facebook/ Dorothy Bezzina