10 Snin Ta’ Saċerdozju: Nawguraw Lil Dun Sergio Fenech u Dun Mark Mallia Pawley

Illum huwa jum ta’ festa għall-komunità Sebastjana ġewwa Ħal Qormi, hekk kif Dun Sergio Fenech u Dun Mark Mallia Pawley qed jiċċelebraw l-10 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tagħhom. Dan it-tragward jimmarka għaxar snin ta’ dedikazzjoni, servizz u għoti ta’ ħajjithom fil-ministeru.

Il-parroċċa tingħaqad fil-ferħ għal dan id-don kbir tas-saċerdozju, filwaqt li twiegħed it-talb tagħha għalihom. It-tama tal-komunità hija li l-Mulej ikompli jmexxi l-passi tagħhom biex ikunu ta’ sostenn u gwida għal dawk kollha li jaqdu fil-Knisja. Fl-istess waqt, il-parroċċa tieħu din l-okkażjoni biex titlob għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi minn fost il-komunità tagħna, biex il-ħidma fil-għalqa tal-Mulej tkompli tikber.

Minn Gwida.mt, ningħaqdu mal-awguri għal dawn iż-żewġ saċerdoti. Ad Multos Annos!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI