“Hemm Nies Li Jbiddlulek Ħajtek Sempliċement Billi Jkunu Fiha. Dan Ir-Raġel Daħal F’Ħajti U Bidilha Għal Dejjem.” – Il-Kantanta Gillian Attard Fuq Żewġha George

Gillian Attard qasmet messaġġ mimli mħabba u gratitudni lejn żewġha, George Camilleri. F’dedikazzjoni mill-qalb, Gillian tiddeskrivih mhux biss bħala żewġha, iżda bħala l-aqwa ħabib tagħha, il-kenn tagħha, u l-akbar sostenn f’ħajjitha.



Hija tistqarr kemm tħossha xorti tajba li, minn fost in-nies kollha fid-dinja, hi qed taqsam din il-ħajja miegħu, u tenfasizza li ma setgħetx timmaġina l-ħajja ma’ ħadd aktar ħlief miegħu. Messaġġ li jfakkar fil-valur tal-imħabba vera u tas-sieħeb li jagħmel kull ġurnata isbaħ.

Nawguraw mill-qalb lil din il-koppja tant sabiħa għal aktar mumenti ħelwin flimkien u mimlijin imħabba.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI