Għandkom nostalġija għal Come Dine With Me Malta? Is-segwaċi ta’ dan il-programm popolari għandhom għalfejn jifirħu, hekk kif mil-llum 29 ta’ Ġunju, it-telespettaturi se jkunu jistgħu jerġgħu jsegwu l-episodji favoriti tagħhom.
Din l-inizjattiva esklussiva se tkun qed twassal mill-ġdid il-mumenti indimentikabbli li tant inħobbu, bil-kompetizzjoni kulinari u l-personalitajiet li għamlu dan il-programm daqshekk segwit. Għal dawk li jixtiequ jerġgħu jaraw iz-zekzik, id-drama u l-konversazzjonijiet vivaċi fid-dining room, it-tmexxija tal-programm ħabbret li l-episodji se jixxandru kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Il-appuntament huwa fid-20:45 fuq TVM. Tħallux din l-opportunità taħarbilkom biex terġgħu tgawdu l-aktar mumenti klassiċi ta’ dan il-format popolari. Titilfuhomx!