Aħbar sabiħa u mimlija ferħ tħabbret fuq paġna lokali ta’ Facebook, hekk kif il-ġurnalist Mark Laurence Zammit, għamel pass importanti fil-ħajja personali tiegħu: ippropona lill-partner tiegħu Deborah Francalanza – u hi qalet iva.
Deborah qalet li din hi l-iktar ‘iva’ faċli għaliha li setgħet tgħid. F’kumment emozzjonali ieħor, hija żiedet: “Ninsab ħerqana biex nippjanaw it-tieġ tagħna, iżda l-iktar li qed nistenna huwa ż-żwieġ tagħna. Għal ħajja twila flimkien.”
Awguri lil Mark Laurence u Deborah għall-futur mimli saħħa, mħabba u ħafna affarijiet sbieħ.
Instagram/ Deborah Francalanza