Ilbieraħ saru 1,615 test li minnhom ħarġu 12-il każ pożittiv u 66 każ pożittiv mill-immigranti illegali li daħlu f’pajjiżna fl-aħħar sigħat. B’hekk it-total ta’ każijiet f’pajjiżna hu ta’ 112 meta wieħed jgħodd ukoll il-każijiet tal-immigranti.
Id-dipartiment tas-saħħa ħareġ il-każijiet tal-immigranti illegali separatament minħabba l-fatt li dawn jinsabu f’iżolament. Xi ħaġa li hi prattika li sseħħ kull meta jidħol xi grupp ta’ immigranti illegali f’pajjiżna.
Issa aktar minn qatt qabel li qed naraw il-każijiet jiżdiedu għandna noqogħdu aktar attenti. 2 każijiet tal-lum huma mill-cluster tal-ġimgħa filwaqt li ħames każijiet oħra huma mill-festa ta’ Santa Venera.
Facebook / Saħħa