“13-il Sena Flimkien, Sena Bħala Miżżewġin” – Awguri Lil Abigail Vick U Żewġha

Abigail Vick u żewġha

Abigail Vick, personalità lokali popolari fuq il-midja soċjali, qasmet messaġġ emozzjonanti fuq Instagram biex tiċċelebra l-ewwel anniversarju taż-żwieġ tagħha.

Fil-post tagħha, Abigail tikteb dwar li hi u żewġha ilhom flimkien 13-il sena, filwaqt li issa għalqu sena miżżewġin. Hi fakkret fil-jum tat-tieġ tagħhom bħala wieħed mill-isbaħ mumenti ta’ ħajjithom.

Flimkien mal-messaġġ tagħha, Abigail ippubblikat sensiela ta’ ritratti mill-ġurnata speċjali li fiha qalu iva lil xulxin, u qasmet mas-segwaċi tagħha wħud mill-mumenti favoriti tagħha mit-tieġ.

Hi temmet il-messaġġ tagħha billi awgurat l-ewwel anniversarju t-tajjeb lil żewġha, filwaqt li esprimiet ix-xewqa li l-imħabba tagħhom tibqa’ għal dejjem.

Awguri mill-qalb u nixtiqulhom ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI