Illum, il-kantanta popolari Maltija Olivia Lewis qed tiċċelebra għeluq sninha, żgur li f'jum bħal dan ħafna jiftakru wkoll fil-mumenti importanti tal-karriera mużikali tagħha.
Fost l-akbar suċċessi tagħha hemm l-esperjenza tal-Eurovision Song Contest fl-2007, meta rrappreżentat lil Malta bil-kanzunetta Vertigo.
Din il-kanzunetta, mimlija drama u melodija intensa, uriet il-vuċi unika ta’ Olivia fuq livell internazzjonali. Għalkemm ma rnexxilhiex tasal għall-finali, il-prestazzjoni tagħha tibqa' mfakkra minn ħafna partitarji kemm f’Malta kif ukoll barra.
Fl-2013, Olivia rebħet Il-Festival Kanzunetta Maltija bil-kanzunetta Hawn Mill-Ġdid, kisba importanti fil-karriera tagħha.
Nawgurawlha f'dan il-jum għażiż. Nittamaw li jkollha sena mimlija b'ħafna affarijiet sbieħ. Xewqat sbieħ, Olivia!