F'messaġġ emozzjonanti u mimli tama fuq il-midja soċjali, Luke Mulligan qasam tragward personali kbir hekk kif għalaq sena sħiħa 'l bogħod mid-dipendenza fuq id-droga. Wara 17-il sena mitluf fil-kaos u d-dlam tal-vizzju, huwa stqarr li qatt ma basar li kellu jasal dan il-jum fejn jista' jiċċelebra 365 ġurnata ta' moħħ car, preżenza sħiħa u ħajja mibnija mill-ġdid pass wara pass.
Luke fakkar kif eżattament sena ilu daħal għar-rijabilitazzjoni mingħajr ebda tama li seta' jsalva jew jasal s'hawn. Huwa rrikonoxxa li din is-sena xejn ma kienet faċli, iżda kull sagrifiċċju kien jiswa biex reġa' ħa l-kontroll ta' ħajtu f'idejh mingħajr ma jibqa' jaħrab mir-realtà. F'appell sinċier lejn dawk kollha li bħalissa għadhom maqbuda fil-vizzju, Luke saħaq biex ħadd ma jaqta' qalbu minnu nnifsu, għaliex jekk irnexxielu jbiddel 17-il sena ta' dipendenza, kulħadd kapaċi jagħmel l-istess ġurnata wara l-oħra.
F'din il-ġurnata ta' bidu ġdid, huwa wera gratitudni profonda lejn dawk kollha li qagħdu ħdejh f'dan il-vjaġġ iebes, b'mod partikolari lejn il-familja tiegħu u s-sapport imprezzabbli ta' Caritas Malta, filwaqt li ħares 'il quddiem b'fiduċja lejn it-tieni sena tal-irkupru tiegħu.
Nifirħulek Luke
Facebook/Luke Mulligan