L-edizzjoni ta' din is-sena tal-Junior Eurovision Song Contest, li se tittella' ġewwa Malta, se tkun qed tospita żewġ stilel kbar tax-xena tal-Eurovision hekk kif ġie kkonfermat li r-rebbieħa renjanti tal-Eurovision Song Contest, DARA, u r-rebbieħa attwali tal-Junior Eurovision, Lou Deleuze, se jkunu mistiedna speċjali b'wirjiet eċċezzjonali waqt is-serata finali.
Iż-żewġ kantanti rebbieħa jkomplu jżidu mal-entużjażmu tas-16-il kanzunetta li se jikkompetu f'pajjiżna. DARA, li għamlet storja f’Mejju li għadda meta rebħet is-70 edizzjoni tal-Eurovision f’isem il-Bulgarija bil-kanzunetta Bangaranga b'rekord storiku ta' punti, se ġġib l-enerġija tagħha f'Malta flimkien mal-Franċiża Lou Deleuze, li f'Tbilisi rebħet it-23 edizzjoni tal-Junior Eurovision bil-kanzunetta maġika tagħha Ce Monde.
Flimkien mas-16-il pajjiż li se jikkompetu għat-trofew prestiġjuż, dan l-avveniment tas-Sibt 24 t'Ottubru mistenni joffri spettaklu ta' livell internazzjonali li se jsegwuh miljuni ta' telespettaturi minn madwar l-Ewropa kollha u lil hinn.
Facebook/Junior Eurovision Song Contest
·