Il-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, ippubblikat iċ-ċifri tal-lum. Malta rreġistrat 137 każ ġdid tal-Covid-19 wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 3,266 test.
Il-gżejjer irreġistraw 126 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela’ għal 16,179 u n-numru ta’ każijiet attivi tela’ għal 2,352. Minn meta faqqgħet il-pandemija, Malta rreġistrat 18,813 każ u wettqet 636,729 test.
Malta ma rreġistrat l-ebda mwiet matul l-aħħar 24 siegħa. It-total ta’ mwiet f’Malta jammonta għal 282. Il-post innota wkoll li sal-bieraħ, 7 ta’ Frar, 39,252 doża ta’ vaċċin ġew amministrati lil diversi persuni fil-gżejjer. 9,918 minn dawn kienu t-tieni dożi.