“14-Il Sena Miżżewġin… U Kull Sena Ninduna Aktar Kemm Jien Ixxurtjat Li Għandi Lilek F’Ħajti.” – Il-Ministru Silvio Schembri

Il-Ministru Silvio Schembri fuq il-mezzi soċjali tiegħu fakkar il-jum li hu u martu Deandra qalu iva lil xulxin. Silvio kiteb, "14-il sena miżżewġin… u kull sena ninduna aktar kemm jien ixxurtjat li għandi lilek f’ħajti. Grazzi, Deandra, tal-imħabba, tal-paċenzja u tas-saħħa li turi kuljum. Minkejja x-xogħol u l-impenji kollha tiegħek, dejjem int il-qalb tal-familja tagħna u dik li żżommna magħqudin."

Hu jżid, "Grazzi talli tajtni l-isbaħ rigal li qatt stajt nitlob, Zak, Faith u Sophie. Intom l-erbgħa iċ-ċentru ta’ ħajti. Mingħajrek ma kontx inkun nista’ nagħmel dak li nagħmel kuljum. Inħobbok, illum aktar minn qatt qabel. L-anniversarju t-tajjeb, qalbi."

F'isem it-tim ta' Gwida nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u nittamaw li l-imħabba tagħha tibqa' tikber b'ħafna għożża, rispett u hena. Awguri!

Ritratti:

Facebook / Silvio Schembri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI