Il-Ġenerożita’ Tal-Poplu Malti Terġa Tispikka!

HopeXchange

Il-maratona ta' ġbir ta' fondi organizzata minn HopeXchange Malta għal darb'oħra wriet il-qawwa tal-ġenerożità tal-poplu Malti, hekk kif inġabru fondi biex isostnu lill-HopeXchange Medical Centre fil-Ghana.

L-organizzazzjoni ħabret li nġabret is-somma sabiħa ta' 237,110 Ewro filwaqt li rringrazzjat lil kull min ta s-sehem tiegħu, fosthom id-donaturi, il-voluntiera, l-istazzjonijiet televiżivi, il-preżentaturi, u l-mistednin, filwaqt li sostniet li kull telefonata, messaġġ u donazzjoni ser ikunu ta’ għinuna kbira sabiex aktar ommijiet, trabi u familji fil-Ghana jirċievu l-kura medika li għandhom bżonn.

Fl-aħħar post li tellgħu fuq il-medja soċjali tagħhom, huma kitbu li "meta ningħaqdu flimkien, nistgħu nagħmlu affarijiet straordinarji," filwaqt li rringrazzjaw lill-pubbliku għall-appoġġ kbir li reġa' wera lejn din il-kawża nobbli.

Ritratti: Facebook/HopeXchange Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI