Il-kantanta lokali u għalliema tal-vuċi Pamela Bezzina kitbet dwar ġurnata speċjali għaliha u għal żeġwha Alex; il-ġurnata meta beda l-vjaġġ ta’ mħabba tagħhom flimkien.
“15-il sena ilu bdejna l-istorja tagħna. Inħobbok… ħafna,” kitbet Pamela. Xerrdet ritratt mill-isbaħ tagħha u ta’ Alex għall-okkażjoni. F’Marzu li għadda Pamela ddedikat il-kanzunetta tagħha f’Mużika Mużika, Perfett, propju għal imħabbithom.
Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Pamela u lil Alex għal iktar snin mimlijin imħabba u mumenti sbieħ!
Facebook/ Pamela Bezzina