Skont iċ-ċifri ppubblikati mill-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, Malta rreġistrat 150 każ ġdid tal-Covid-19 wara li saru 3,035 swabs fl-aħħar 24 siegħa.
Il-gżejjer irreġistraw 101 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru għal 5,580 u n-numru ta’ każijiet attivi għal 2,124. Minn meta faqqgħet, Malta rreġistrat 7,796 każ u wettqet 377,054 test.
Il-Professur Gauci ħabbret ukoll li kien hemm żewġ imwiet oħra tul l-aħħar 24 siegħa u b’hekk it-total ta’ każijiet li tilfu ħajjithom huwa ta’ 92!