Lionel Richie Jagħlaq 76 Sena – Hu Qed Iħejji Ruħu Għall-Kunċert Tant Mistenni F’Malta Fil-Ġimgħat Li Ġejjin

Il-leġġenda tal-mużika internazzjonali Lionel Richie ċċelebra għeluq is-76 sena tiegħu nhar is-Sibt li għadda, 20 ta’ Ġunju, filwaqt li jkompli jgawdi karriera straordinarja li ilha għaddejja għal aktar minn ħames deċennji.

Richie, li huwa wieħed mill-aktar artisti magħrufa u maħbuba fid-dinja, se jkun qed jagħti kunċert f’Malta fit-18 ta’ Awwissu 2026 fiż-Żona tal-Kunċerti ta’ Ta’ Qali, avveniment li diġà qed iqajjem entużjażmu kbir fost is-segwaċi tiegħu.

Matul il-karriera, Lionel Richie biegħ aktar minn 125 miljun diska madwar id-dinja u kiseb għadd ta’ unuri prestiġjużi. Fosthom hemm Golden Globe Award u Academy Award (Oscar) għall-Aqwa Kanzunetta Oriġinali grazzi għas-suċċess kbir ta’ Say You, Say Me.

Fl-1985, Richie kiteb flimkien ma’ Michael Jackson il-kanzunetta ikonika We Are the World, innu ta’ karità li ġabar flimkien wħud mill-akbar ismijiet tal-industrija tal-mużika. Il-kanzunetta għadha sal-lum waħda mill-aktar singles mibjugħa fl-istorja.

Il-katalgu mużikali tiegħu huwa mimli suċċessi li għadhom jindaqqu sal-lum, fosthom Dancing on the Ceiling, Stuck on You, Endless Love, Say You, Say Me, All Night Long u Hello, kanzunetti li għamluh wieħed mill-aktar artisti rikonoxxibbli fid-dinja.



Bil-kunċert tiegħu f’Malta dejjem aktar qrib, is-segwaċi Maltin se jkollhom l-opportunità li jesperjenzaw live repertorju ta’ klassi dinjija minn artist li ħalla marka permanenti fl-istorja tal-mużika.

Se tkun lejla li żgur se tibqa’ mfakkra għal ħafna snin oħra. Wieħed jista' jaqta' l-biljetti tiegħu minn HAWN.

Ritratti:

Facebook / Lionel Ritchie

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI