Importanti li kulħadd jiftakar li hawn min jisimgħu, hawn min jifhmu, u se jsib minn jista’ jifhem x’qed iħoss. Meta titkellem, bla ma taf ser tħossok aħjar, speċjalment meta persuna tkun għaddiet minn xi ħaġa simili.
Il-paġna tad-Dipartiment tal-Informazzjoni għaddiet parir għall-pubbliku li jgħid, “Ftakar, is-Saħħa Mentali tagħna hija importanti Għal Appoġġ professjonali għas-Saħħa Mentali, Ċempel 1579”
Importanti nifhmuha din, u fejn hemm bżonn infittxu ma’ min nitkellmu u niftħu qalbna.