“16-Il Sena Fis-16 Ta’ Settembru, 16-Il Sena Wara” – Alana Bondin F’Jum L-Anniversarju Tagħha U Ta’ Żewġha

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-influencer Alana Bondin qasmet messaġġ ħelu fl-okkażjoni tal-anniversarju tagħha u tar-raġel tagħha. Illum qed jiċċelebraw is-16-il anniversarju tagħhom fis-16 ta’ Settembru. Ftit tax-xhur ilu saru wkoll ġenituri taċ-ċkejkna Cara.

Hi qalet, “16-il sena fis-16 ta’ Settembru, 16-il sena wara. Min qatt kellu jgħidli li ma’ Nicholas tas-Siġġiewi ser nibni xi ħaġa li dejjem kont noħlom li xi darba il-bambin jibgħatli. Happy anniversarju raġel! Grata grata għalik iktar minn qatt qabel.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlhom minn qalbna f’dan il-jum speċjali!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI