1,677 Oġġett Relatati Mal-Familja Rjali Ingliża – Kollezzjoni Li Kisret Ir-Rekord

Zurrieq

Fuq il-paġna The Malta Records ħabbret li lbieraħ żaret residenza fiż-Żurrieq fejn sar l-għadd uffiċjali ta’ kollezzjoni privata li issa qed tkompli żżid mal-lista prestiġjuża ta’ kollezzjonijiet f’pajjiżna.

L-ikbar kollezzjoni privata b’oġġetti differenti marbuta mal-Familja Rjali Ingliża, b’total impressjonanti ta’ 1,677 oġġett, ġiet ikkonfermata.

“Din il-kollezzjoni tinkludi banketta, xalla, ritratti, kartolini, platti, mugs, inkwatri, kotba, pitazzi, pupi, kalamiti, statwi, tazzi tal-ħġieġ, muniti, midalji, magazines, gazzetti, kalendarji u karti tal-logħob.”

Rekord li twaqqaf minn Jerome Farrugia, hekk kif din hi kollezzjoni unika fir-residenza tiegħu fiż-Żurrieq. Prosit tassew!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI