Il-paġna tal-Arċidjoċesi ta’ Malta taqsam din l-aħbar sabiħa dwar 17-il tfajla minn pajjiżi differenti li taw il-wegħdiet tagħhom. Dawn il-pajjiżi huma Kenja, Uganda, Tanżanija, Żimbabwe u l-Indja.
“17-il tfajla mill-Kenja, l-Uganda, it-Tanżanija, iż-Żimbabwe u l-Indja, illum għamlu l-wegħdiet tagħhom ta’ ubbidjenza, kastità u faqar permezz tal-professjoni temporanja mal-Kongregazzjoni ta’ Ulied il-Qalb ta’ Ġesù.
Waqt ċelebrazzjoni Ewkaristika, l-Isqof Joseph Galea-Curmi stedinhom jirriflettu fuq Ġesù bħala l-Ħaruf ta’ Alla u Ii jimxu warajh bix- xhieda ta’ ħajjithom, fl-umiltà, is-sempliċità, il-ġenerożità u l-għotja sħiħa tagħhom infushom. Nitolbu lill-Ispirtu s-Santu jmexxi u jsaħħaħ lil dawn it-tfajliet b’xewqa ġdida li jaqdu lil Alla.”
Awguri mill-qalb lil dawn it-tfajliet kif ukoll familji tagħhom għad-deċiżjonijiet kuraġġużi li ħadu!