Ftit tal-jiem ilun din il-ġimgħa Casa Giuseppe ċċelebrat l-awgurju ta' waħda mir-residenti tagħha. Ir-residenta bl-isem ta' Maria għadha kif iċċelebrat għeluq il-95 sena tagħha u l-paġna Casa Giuseppe kompliet ixxerred dan permezz ta' messaġġ li ddeċidiet li taqsam.
Skont dan il-messaġġ misjub fuq il-Facebook, propju fis-16 ta’ Novembru, Maria gawdiet ċelebrazzjoni sabiħa mdawra bil-familja tagħha, ħbieb, residenti oħra u membri tal-istaff. Ma naqasx il-kant, l-awguri, l-atmosfera ferriħija u naturalment, b' kejk (taċ-ċikkulata) mill-isbaħ tal-għeluq is-snin. M'għandniex xi ngħidu li din hija l-parti favorita ta' bosta nies kull meta jiċċelebraw għeluq sninhom.
Fost il-ġesti li komplew isebbħu l-ġurnata kien hemm ukoll kartolina magħmula bl-idejn, li Maria rċeviet flimkien ma' ħafna ferħ u mħabba. Fil-messaġġ tagħha, Casa Giuseppe esprimiet il-gratitudni tagħha lejn Maria u fissritha bħala parti importanti mill-komunità tar-residenza.
Awguri mill-qalb, Maria! Nawgurawlek ħafna aktar snin ta’ saħħa, paċi u kuntentizza.
Facebook/ Casa Giuseppe