Shezneia Grech Attard Tikseb Rekord Nazzjonali Ta’ 13-Il Sena U Tgħin Lil Puttinu Cares!

Għandha biss 13-il sena, iżda diġà rnexxielha tħalli marka fid-dinja tal-letteratura Maltija! Shezneia Grech Attard kisbet rekord nazzjonali ġdid wara li ppubblikat il-ktieb tagħha “Delitt fil-Katakombi”.

Skont The Malta Records, Shezneia saret l-iżgħar persuna femminili li ppubblikat ktieb bil-Malti fil-gżejjer Maltin. Il-kisba ġiet rikonoxxuta waqt laqgħa mal-awtriċi żagħżugħa, li ġiet imfaħħra wkoll għall-imħabba tagħha lejn il-lingwa Maltija.

Il-ktieb li jġib l-isem ta’ “Delitt fil-Katakombi” diġà biegħ 700 kopja u skont The Malta Records, il-fondi kollha mill-bejgħ tiegħu ngħataw lil Puttinu Cares. 

The Malta Records esprimew is-sodisfazzjon tagħhom li ltaqgħu ma’ Shezneia u awgurawlha aktar suċċessi akkademiċi, kif ukoll aktar opportunitajiet biex tkompli taqsam il-kitbiet tagħha mal-qarrejja.

Ritratt:

Faceboook/ The Malta Records

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI