L-Ixjeħ Persuna Li Qatt Ġiet Irreġistrata Fid-Danimarka Kellha Karigi Ta’ Tmexxija Fil-Partit Nażista

Kirsten Schwalbe, mara ta’ 112-il sena li għandha r-rekord tal-ixjeħ persuna li qatt ġiet irreġistrata fid-Danimarka, tinsab fiċ-ċentru ta’ dibattitu fil-pajjiż wara li ħarġu dettalji ġodda dwar il-passat tagħha matul it-Tieni Gwerra Dinjija.

Skont dokumenti mill-Arkivji Nazzjonali tad-Danimarka, Schwalbe kellha żewġ karigi ta’ tmexxija lokali fi żmien l-okkupazzjoni Ġermaniża. Bejn Awwissu tal-1943 u Lulju tal-1944, hija serviet bħala mexxejja temporanja ta’ grupp fil-fergħa tal-partit f’Holstebro, kif ukoll bħala mexxejja tal-grupp tan-nisa tal-istess fergħa. Żewġha kellu wkoll kariga ta’ tmexxija lokali.

Qabel dawn ir-rivelazzjonijiet, Schwalbe kienet diġà kkonfermat li ssieħbet fil-partit fl-1941, iżda sostniet li għamlet dan fuq talba ta’ żewġha. Hija kienet qalet ukoll li ma kellhiex interess fil-politika iżda skont ċertu sorsi ntqal li l-involviment tagħha kien imur lil hinn minn sħubija.

L-istorja ħolqot diskussjoni dwar il-mod kif persuna ta’ età tant avvanzata għandha tiġi trattata mill-midja. Il-familja ta’ Schwalbe qalet li l-attenzjoni qed taffettwaha ħafna u talbet rispett lejn is-saħħa u l-privatezza tagħha.

Ritratt:

Facebook/ Andershemmingsendk & LADbible

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI