B’sogħba kbira, il-membri tal-għaqda La Stella Fireworks Factory Gudja sellmu l-memorja ta’ Joseph Calleja, magħruf minn kulħadd bħala Zeppi, li kien jagħti sehmu fil-ħidma tal-kamra tan-nar.
F’messaġġ li ġie ppubblikat fuq il-paġna soċjali tagħha, l-għaqda tal-kamra tan-nar fakkret kif Zeppi kien jagħmel parti mit-tim ta’ persuni ħabrieka li x-xogħol tagħhom fuq il-logħob tan-nar jittieħed b’dedikazzjoni u passjoni kbira, kollox f'ġieħ il-Madonna tar-Rużarju.
Il-kamra tan-nar esprimiet il-gratitudni tagħha għall-kontribut tiegħu u wasslet il-kondoljanzi sinċieri lill-familjari u lill-għeżież tiegħu. Fil-messaġġ, saħqet li l-kontribut u l-memorja tiegħu se jibqgħu parti mill-istorja tagħha.
“Strieħ fis-sliem, Zeppi,” temmet tgħid l-għaqda, filwaqt li talbet għall-mistrieħ ta’ dejjem tiegħu. Mit-tim ta’ Gwida.mt, nibagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familja u lil dawk kollha li kienu jafuh. Jistrieħ fis-sliem.
Facebook/ La Stella Fireworks Factory Gudja Malta