Illum Huwa Magħruf Bħala L-Jum Dinji Tal-Konservazzjoni Tan-Natura

Konservazzjoni

Illum niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Konservazzjoni tan-Natura, li jfakkarna fl-importanza li nipproteġu l-ambjent u l-bijodiversità għal ġenerazzjonijiet futuri.

F’Malta, il-konservazzjoni tan-natura tfisser azzjonijiet konkreti biex jiġu restawrati u mħarsa l-ekosistemi tagħna. Permezz tal-ħidma tal-ERA, b’kollaborazzjoni ma’ diversi stakeholders, qed jitwettqu proġetti li jinkludu r-restawr tad-duni tar-ramel, it-tħawwil ta’ mijiet ta’ speċi ta’ pjanti indiġeni, ir-riabilitazzjoni ta’ artijiet u t-tneħħija ta’ speċi invażivi li jagħmlu ħsara lill-ambjent naturali.

Dawn l-inizjattivi mhux biss isaħħu l-ekosistemi u jipproteġu l-flora u l-fawna indiġena, iżda jgħinu wkoll biex inħarsu l-wirt naturali uniku ta’ Malta.

Il-konservazzjoni hi responsabbiltà ta’ kulħadd. Flimkien nistgħu nagħtu sehemna biex inżommu n-natura tagħna b’saħħitha u reżiljenti għall-benefiċċju tal-komunitajiet u tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI