Illum hi ġurnata indimentikabbli għall-koppja Daniel u Ylenia, hekk kif bħal-lum sena ilu taw kelma lil xulxin u bdew il-ħajja miżżewġa.
Fuq Instagram Ylenia qasmet il-filmat tal-ġurnata speċjali tagħhom b'diversi mumenti mimlija emozzjonijiet mill-bidu, fejn kienu qed jippreparaw, saċ-ċelebrazzjonijiet ta' wara.
Omm Ylenia, Natalie Spiteri qasmet ritratt tagħhom tal-okkażjoni u kitbet il-messaġġ ta' awgurju. "Illum huwa t-tieni anniversarju tagħkom; Nawguralkom ħafna ferħ u kuntentizza."
Minn qalbna nawguraw lil Daniel u Ylenia fit-tieni anniversarju!