F'partita finali li ħalliet lill-partitarji Spanjoli u Arġentini anzjużi sal-aħħar minuta, kien proprju l-plejer Spanjol Ferran Torres li fil-106 minuta rnexxielu jsib ix-xibka u għalhekk issiġilla r-rebħa tat-Tazza tad-Dinja għal pajjiżu.
Minħabba dan il-gowl, Torres qiegħed issa jitqies mill-partitarji Spanjoli bħala l-eroj, iżda sa erba' snin ilu hu kien qiegħed jiġġieled id-dipressjoni.
Il-plejer Spanjol kien stqarr f'dak il-perjodu li kien qiegħed iħossu qisu jinsab "f'abbiss bla qiegħ".
Meta mistoqsi x'instiga dawn id-diffikultajiet mentali, Torres kien spjega li f'dak il-perjodu kien tilef kull kunfidenza fih innifsu għaliex ma felaħx għall-pressjoni kbira li kien hemm fuqu mis-segwaċi wara li iffirma kuntratt mat-tim FC Barcelona.
Ferran Torres isemmi kif kien sab ruħu ossessjonat li ma jiddiżappuntax lis-segwaċi billi jagħti l-aqwa tiegħu fuq il-grawnd, iżda fl-aħħar mill-aħħar dan wasslu sabiex jitlef kull passjoni lejn il-futbol f'dak il-perjodu.
Facebook / Sports Radio Brila FM u T. Kla Wesley Jr.