Il-Pulizija Tiżgura Li L-Istorja Ta’ Nisa Jiġu Offruti L-Fwieħa U Wara Misruqa Hija Falza

Matul dawn l-aħħar sigħat iċċirkolat kitba fuq il-midja soċjali twissi lin-nisa sabiex joqogħdu attenti. Il-messaġġ jallega li bħalissa persuni qed jiġu avviċinati fil-parkeġġi u mħeġġa sabiex jixtru l-fwieħa bi prezz ridott; meta jxommu din il-fwieħa, jintilfu minn sensihom fil-pront u wara ma jkunux jafu x'ġara minnhom.

Il-Pulizija għadha kif ħarġet stqarija fejn fiha ċċarat li din il-kitba hi waħda qarrieqa u l-istorja spjegata hi waħda falza.

Huma ħeġġew lill-pubbliku sabiex jinjoraw messaġġi ta' din ix-xorta.

Ritratti:

Facebook / The Malta Police Force

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI