Jum speċjali għall-artist u preżentatur lokali Indri Attard, hekk kif illum qed jiċċelebra għeluq id-disa' snin ta’ ibnu Julian.
F’messaġġ qasir iżda mimli mħabba li qasam fuq Facebook, Indri awgura lil ibnu f’din l-okkażjoni u qasam ritratt tiegħu, li ġabar ħafna awgurju mingħand il-ħbieb u s-segwaċi.
Fil-kitba tiegħu, Indri qal: "Awguri F'Għeluq Sninek, Għażiż Ibni Julian. Illum Għalaqt 9 Snin.” Messaġġ sempliċi li jfakkar f’dan il-jum importanti għall-familja ta' Indri.
Nawguraw lil Julian għeluq sninu mill-isbaħ, mimli saħħa, ferħ u mumenti sbieħ mal-għeżież tiegħu.
Facebook/ Indri Attard