Uffiċjali minn The Malta Police Force ħadu sehem fl-isfida sportiva The Grid Challenge, li saret ilbieraħ, bil-għan li jinġabru fondi b’risq Puttinu Cares.
F’messaġġ ippubblikat fuq il-midja soċjali, il-Malta Police Force faħħret lill-uffiċjali tagħha li ħadu sehem f’din l-inizjattiva, fejn sfidaw il-limiti fiżiċi tagħhom f’isem kawża ġusta.
Il-Korp għamel ukoll referenza speċjali għall-kuntistabbli Johann Vella u Chris Bonello, li minkejja li huma stess qed jiffaċċjaw sfidi fiżiċi, xorta waħda kienu preżenti biex jappoġġjaw, jimmotivaw u jinkoraġġixxu lil sħabhom matul l-attività.
Il-Malta Police Force temmet il-messaġġ tagħha billi esprimiet il-kburija tagħha fl-uffiċjali kollha li ħadu sehem, filwaqt li faħħret l-impenn u s-solidarjetà tagħhom b’appoġġ għal Puttinu Cares. Prosit f'isem it-tim ta' Gwida!