Jidher Li Lill-Papa Leo XIV Ser Issirlu L-Operazzjoni Fil-Pulmun Għada

Pope

Wara l-aħbar li l-Papa Ljun XIV se jiġi operat, aktar kmieni llum ġie ppubblikat li ser ikun qed jiddaħħal l-Isptar Gemelli f’Ruma għada tard filgħodu.

Hu mistenni jgħaddi minn operazzjoni biex jitneħħa nodolu żgħir u lokalizzat fil-pulmun. Dan tħabbar minn Matteo Bruni, id-direttur tal-Uffiċċju tal-Istampa tas-Santa Sede, li spjega li l-eżamijiet li sarulu kienu parti minn kontrolli ta’ rutina.

Huwa kkonferma wkoll li l-Papa mistenni jibqa’ rikoverat għal madwar ġimgħa wara l-operazzjoni, u għalhekk saru xi tibdiliet fl-impenji tiegħu skedati għal dawn il-jiem.

Jalla jgħaddi kollox b'wiċċ il-ġid!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI