Eusebio Abela Ta’ 57 Sena Jiġi Rrappurtat Nieqes – Intlemaħ L-Aħħar Fl-Inħawi Ta’ Bulebel

Il-Pulizija ta' Malta għadha kif appellat għall-għajnuna tal-pubbliku hekk kif matul dawn l-aħħar sigħat ġie rrappurtat nieqes Eusebio Abela; raġel ta' 57 sena li ntlemaħ l-aħħar fl-inħawi ta' Bulebel.

Fl-istqarrija l-Pulizija tellgħu ritratt meħud minn kamera tas-CCTV li juri l-mument li fih intlemaħ għall-aħħar darba Eusebio. Fir-ritratt meħud mis-CCTV, Eusebio jidher liebes xorts u flokk griżi b'linji ħomor.

Fl-isfond ta' dan kollu, il-Pulizija qed tħeġġeġ lil kull min għandu xi informazzjoni sabiex jikkuntattjaha minnufih.

Xerrdu dan l-artiklu!

Ritratti:

Facebook / The Malta Police Force

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI