Jirnexxielu Jonqos 30 Kilo F’Xahrejn U Nofs – Jagħti €1,500 Lil Puttinu Biex Jiċċelebra Dal-Mument!

F'Diċembru li għadda, Andy Cauchi ddeċieda li xtaq jonqos mill-piż, u wara xahrejn u nofs ta' sagrifiċċju u dedikazzjoni, irnexxielu jonqos 30 kilo. Dan għalih kien mument speċjali ferm għaliex irnexxielu jagħti l-ħajja lil verżjoni different tiegħu nnifsu; verżjoni iżjed dixxiplinata u b'saħħitha.

Madankollu, Andy xtaq li dan il-mument ikun wieħed speċjali għal ħafna oħrajn ukoll u kien proprju għal din ir-raġuni li sabiex jiċċelebra dal-mument, ta donazzjoni ta' €1,500 lill-Fondazzjoni Puttinu Cares sabiex jgħin bosta tfal u adulti li bħalissa qed jiġġieldu xi mard serju.

"Nixtieq li l-istorja tiegħi tispira mqar persuna waħda sabiex tieħu l-istess pass u tnaqqas il-piż," stqarr Andy.

Ritratti:

Facebook / Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI