L-Artistiċità Ma Tafx Limiti – Art By Caitlin Ddawwar Irmied Tal-Vulkan Etna F’Xogħol Artistiku Mpekkabbli

L-artista Maltija wara l-paġna popolari Art By Caitlin wriet għal darb’oħra kemm il-kreattività tista’ toħroġ minn kull sitwazzjoni, anke mill-aktar ċirkostanzi mhux mistennija. Waqt li kienet fuq vaganza fi Sqallija, Caitlin sabet il-mejda tat-table tennis miksija b’saff ta’ rmied vulkaniku li niżel mill-vulkan Etna.

Minflok ma sempliċiment naddfet l-irmied, Caitlin użat subgħajha u t-talent naturali tagħha biex tiddetta l-irmied u tbiddlu fi tpinġija dettaljata u mill-isbaħ ta’ kelb. Permezz ta’ filmat li qasmet mas-segwaċi tagħha fuq il-midja soċjali, hija wriet il-prodott finali li seraq l-ammirazzjoni u l-kummenti pożittivi ta’ eluf ta’ segwaċi li faħħru l-abbiltà tagħha li toħloq arti mill-elementi naturali.

Mument ieħor li jfakkar kif artist veru kapaċi jsib tila f’kull rokna u jbiddel anke l-irmied f'mument ta' sbuħija u talent pur.

Proset Caitlin!

Ritratti:

Facebook/Art By Caitlin

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI