Fuq il-paġna tal-president ta’ Malta inkiteb paragrafu biex jawguraw lill-għoxrin persuna li gradwaw biex jibdew jaħdmu mal-organizzazzjoni Dr Klown. Din hi organizzazzjoni iddedikata biex tferraħ lit-tfal fl-isptarijiet.
Fuq il-paġna ġie miktub, “20 persuna gradwaw bħala tobba buffi ġodda, wara xhur ta’ tagħlim fejn tgħallmu l-arti taċ-ċajt, biex ikunu jistgħu jserrħu xi ftit mit-tbatija tal-pazjenti żgħar tagħna. Waqt ċerimonja li saret il-palazz ta’ San Anton, H. E. President Myriam Spiteri Debono faħħret lill-gradwati ġodda li se jkunu qed joffru ‘tama, reżiljenza u fuq kollox, mumenti ta’ ferħ lit-tfal fl-isptarijiet.”
Nawgurawlhom talli gradwaw u noffrulhom prosit kbira tal-qlub tad-deheb u l-kuraġġ li għandhom, lesti biex iferrħu liċ-ċkejknin li għaddejjin minn żminijiet diffiċli.
Facebook / Myriam Spiteri Debono