Skont statistika li nħarġet bl-isem L-Istat tan-Nazzjon, 23% tal-poplu Malti jixtieq li twieled u trabba f’pajjiż ieħor.
Dan filwaqt li 73% tan-nies li ipparteċipaw saħqu li m’għandhom l-ebda xewqa li twieldu u trabbew f’pajjiż ieħor li mhuwiex Malta.
Nies bejn l-età ta’ 36 u 45 kienu fost l-iżjed li esprimew din il-ħajra filwaqt li anzjani ta’ ‘l fuq minn 66 sena kienu fost l-inqas.
Ġie nnutat ukoll kif kważi 27% taż-żgħażagħ li ipparteċipaw fissru din il-ħajra li jippreferu kieku ma twieldux u trabbew Malta.
Intom x’taħsbu?
Sors: L-Istat tan-Nazzjon
Ritratti: FlickR u Brittanica