Kate hi tifla li ta’ kuljum b’determinazzjoni liema bħalha jkollha tiġġieled kundizzjoni rari li taffetwalha l-iżvilupp tagħha.
Il-ġenituri tagħha għadhom kif ħabbru fuq il-midja soċjali li sfortunatament għadhom kif ingħataw xi riżultati mhux mixtieqa hekk kif minn testijiet li sarula rriżulta li l-vista tagħha marret daqsxejn lura.
“Il-vista tagħha diġà ma kinitx daqstant tajba u l-fatt li l-kundizzjoni li għandha taffetwalha l-vista tagħha tkompli tagħmel is-sitwazzjoni agħar,” spjegaw il-ġenituri tagħha.
Kuraġġ, Kate!
Facebook / Kate: Writing My Story