L-Imqabba Tħejji Rekord Nazzjonali Ġdid Fil-Piroteknika

Illum waranofsinhar, it-tim ta’ The Malta Records kien mistieden fl-għelieqi tal-Imqabba biex isir l-għadd u l-kejl uffiċjali ta’ rekord relatat mal-piroteknika.

Ir-rekord jikkonsisti fl-ikbar tapit tan-nar tal-art li qatt inħadem f’Malta, bl-akbar numru ta’ universals.



Skont l-organizzaturi, dan ir-rekord nazzjonali mistenni jinħaraq waqt l-għeluq tal-ispettaklu tan-nar tal-ajru lejlet il-festa tal-Madonna tal-Ġilju, organizzata mill-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju.



L-aħbar tħabbret permezz ta’ The Malta Records, li awgurat lill-Imqabbin kollha festa sabiħa u mimlija ferħ f’ġieħ il-Madonna tal-Ġilju.



Ritratti:

Fb/ The Malta Records

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI