Illum qed jiċċelebra għeluq it-72 sena tiegħu l-eks referee Malti Alfred Micallef, figura magħrufa sew fil-futbol lokali kif ukoll dak internazzjonali.
Imwieled fis-16 ta’ Ġunju 1954, Micallef ħalla marka importanti fil-qasam sportiv, b’karriera fejn mexxa 135 partita tal-Premier League Malti, 20 logħba tal-FA Trophy, żewġ finali tal-FA Trophy u tliet finali tas-Super Cup. Fost l-aktar mumenti prestiġjużi fil-karriera tiegħu kien hemm iż-żewġ finali tal-FA Trophy li mexxa fl-1994 u fl-1995, kif ukoll tliet finali tas-Super Cup bejn l-1993 u l-1999.
Micallef kien ukoll magħruf għal diversi logħbiet internazzjonali taħt il-UEFA, fosthom partiti tal-UEFA Cup, UEFA Champions League, kwalifikazzjonijiet Ewropej u logħbiet internazzjonali ta’ ħbiberija. Fost l-aktar logħbiet notevoli li mexxa nsibu l-konfront bejn Franza u l-Ażerbajġan fl-1995, li ntemm b’rebħa kbira ta’ 10-0 għat-tim Franċiż, kif ukoll il-partita ta’ ħbiberija bejn il-Ġermanja u r-Rumanija fl-1998.
Skont il-paġna Malta and International Football Collection, Alfred Micallef jibqa’ mfakkar bħala wieħed mir-referees Maltin li kiseb rispett kemm fuq livell lokali kif ukoll internazzjonali!
Hekk kif illum niftakru fis-suċċessi kbar li kiseb, nawgurawlu l-isbaħ xewqat!
Fb/ Malta and International Football Collection