“27 Sena Ilu Sirt Missier… Kienet L-Isbaħ Ġurnata Ta’ Ħajti” – Brian Farrugia

Illum jiċċelebra għeluq sninu t-tifel tal-mużiċist lokali Brian Farrugia. F’dan il-jum għażiż, Brian jikteb messaġġ u jaqsam numru ta’ ritratti ta’ ibnu l-għażiż.

Hu jikteb, “27 sena ilu sirt missier… Kienet l-isbaħ ġurnata ta’ ħajti — ġurnata li fiha ferħt u bkejt fl-istess ħin, imma kienu dmugħ ta’ ferħ. Nawguralek ibni: nixtieqlek dak kollu li tixtieq qalbek, u ħajja mimlija ferħ, għax hekk tistħoqqlok. Awguri għat-27 sena tiegħek… Kompli iddi!”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil ibnu Gilmour l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mimli b’dak kollu li tixtieq qalbu. Nawgurawlu sena mimlija, saħħa, kuntentizza u avventuri ġodda. Awguri.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI