27 Ta’ Mejju 1990 – 36 Sena Ilu Il-Papa San Ġwanni Pawlu II Żar San Ġiljan F’Mument Li Baqa’ Mnaqqax Fil-Memorja Ta’ Ħafna

Il-paġna St Julian’s Malta fakkret wieħed mill-aktar mumenti memorabbli fl-istorja tal-lokalità, hekk kif illum jimmarka 36 sena miż-żjara storika tal-Pope John Paul II ġewwa San Ġiljan.



“27 ta’ Mejju 1990 – 36 sena ilu… Il-Papa San Ġwanni Pawlu II jagħmel żjara ġewwa San Ġiljan. Eluf ta’ nies inġabru fit-toroq u fil-pjazza tal-Qalb ta’ Ġesù biex jagħtu merħba lill-Papa. Huwa kellu wkoll laqgħa fil-Knisja Parrokkjali, li għal din l-okkażjoni kien sar ħafna xogħol, fosthom it-tibjid mill-ġdid tal-knisja bil-kuluri vjola u blu li bidlu d-dehra tal-knisja totalment,” kitbet il-paġna fuq il-mezzi soċjali tagħha.



Il-post tkompli ssemmi kif dan il-jum jibqa’ wieħed indimentikabbli għal dawk kollha li attendew għal din iż-żjara storika tal-Pope Ġwanni Pawlu II fil-lokalità Maltija.



Ritratti:

Facebook / Dhie Da Silva

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI